Arsenal tilfu l-appell kontra t-tkeċċija ta’ Max Dowman waqt it-telfa kontra Fleetwood Town fil-League Cup. Il-player ta’ 16-il sena tkeċċa fit-85 minuta wara li ta daqqa lil Harrison Neal b’reazzjoni għal kontrast qawwi mingħand il-midfielder ta’ Fleetwood.
L-FA Ingliża ċaħħdet l-appell ta’ Arsenal, fejn qieset li t-tkeċċija kienet ġustifikata. Dowman ġie sospiż għal tliet logħbiet domestiċi u għalhekk se jitlef il-konfronti tal-Premier League kontra Liverpool, Hull City u Newcastle United.




