Friday, October 30, 2026
Home Sport Boċċi: Joseph Tabone u Owen Bezzina jissieltu għar-rebħ tan-Knock-Out individwali

Boċċi: Joseph Tabone u Owen Bezzina jissieltu għar-rebħ tan-Knock-Out individwali

0
44

L-attenzjoni tad-dilettanti tal-boċċi llejla se tkun fuq il-finali tal-Knock-Out Individwali bejn Joseph Tabone ta’ Għaxaq u Owen Bezzina ta’ St Peter’s Żabbar.

Tabone se jkun qed jilgħab il-ħames finali konsekuttiva tiegħu f’din il-kompetizzjoni u diġà rebaħ it-titlu erba’ darbiet, fl-2015, 2022, 2023 u 2024. Rebħa oħra tarah jilħaq ir-rekord ta’ Michael Casha b’ħames suċċessi. Għal Bezzina, din se tkun l-ewwel finali f’din il-kompetizzjoni u rebħa tarah iżid dan l-unur mal-kisbiet tiegħu.

Intant komplew ukoll is-semifinali tal-Knock-Out 2×2. Fl-ewwel leg, Tal-Grazzja ta’ Għaxaq għelbu lil Tal-Grazzja ta’ St Peter’s Żabbar 21-9, filwaqt li Come Back ta’ Għaxaq rebħu 21-10 kontra Ramel ta’ San Ġwann.

It-tieni legs jintlagħbu fit-2 u t-3 ta’ Novembru, meta jkunu magħrufa ż-żewġ timijiet finalisti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here