Arsenal mistennija jgawdu minn profitt fil-jum ta’ skadenza tat-trasferimenti, minkejja li ma biegħu l-ebda player mill-iskwadra attwali.
Il-club jinsab viċin ta’ profitt ta’ madwar £9 miljun minn klawsoli ta’ bejgħ mill-ġdid fuq Folarin Balogun u Brooke Norton-Cuffy. Balogun jinsab qrib trasferiment ta’ £38.5 miljun lejn Everton, li minnu Arsenal se jirċievu madwar £6.7 miljun grazzi għal klawsola ta’ 17.5%.
Norton-Cuffy mistenni jingħaqad ma’ Hul City għal £12 miljun, u Arsenal se jiksbu madwar £2.3 miljun minn klawsola ta’ 20%.
Sadanittant, Gabriel Martinelli mistenni jitlaq lejn Al-Hilal għal £55–60 miljun, u b’hekk jistabbilixxi rekord ġdid ta’ bejgħ għall-club.




