Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Arsene Wenger qed jikkunsidra li jikkontesta lil Gianni Infantino

Arsene Wenger qed jikkunsidra li jikkontesta lil Gianni Infantino

0
31

L-eks manager ta’ Arsenal, Arsene Wenger, qed jikkunsidra li jikkontesta lil Gianni Infantino għall-presidenza tal-FIFA fl-elezzjoni ta’ Marzu li ġej. 

Wenger, li bħalissa jmexxi l-iżvilupp globali tal-FIFA, jista’ jikseb l-appoġġ tal-UEFA, li tinsab fuq quddiem fl-oppożizzjoni għal Infantino. 

Dan tal-aħħar iffaċċja kritika wara l-pjan abbandunat biex jinbiegħu ishma kummerċjali relatati mat-Tazza tad-Dinja lil investituri privati. 

Wenger, ta’ 77 sena, għadu ma ħax deċiżjoni finali, filwaqt li l-iskadenza għall-kandidati hija t-18 ta’ Novembru. 

Sadanittant, Ramon Vega u Kozo Tashima, diġà esprimew l-intenzjoni tagħhom li jikkontestaw. Wenger għandu wkoll appoġġ fl-Afrika minħabba l-ħidma tiegħu favur l-iżvilupp tal-football fil-kontinent u l-appoġġ tiegħu għat-Tazza tad-Dinja estiża għal 48 team.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here