Saturday, February 22, 2025

Aston Villa iridu lil Ferran Torres

Aqra wkoll

Aston Villa huma lesti li jħallsu s-somma ta’ madwar €40 miljun sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Barcelona Ferran Torres. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u sa mis-sena 2022 hu plejer li jilgħab b’mod regolari mal-Katalani. Hu deher 97 darba magħhom u skorja 19-il gowl.

Id-diriġenti tal-Villains qed jistudjaw din il-possibbilta’ speċjalment jekk ma jaslux ma’ Marcus Rashford fejn iriduh jiffirma kuntratt permanenti.

Torres lagħab 48 logħba mat-tim nazzjonali Spanjol u skorja 21 gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport