Wednesday, July 15, 2026
Home Sport Aston Villa wara Disasi u Felix

Aston Villa wara Disasi u Felix

0
72

Aston Villa jixtiequ jakkwistaw żewġ plejers u dawn huma Joao Felix u Axel Disasi. Il-kowċ Unai Emery jixtieq ħafna lil dawn iż-żewġ plejers sabiex isaħħaħ it-tim u jkompli b’riżultati pożittivi.

Joao Felix m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif għandu 25 sena u għandu esperjenza notevoli fil-futbol internazzjonali meta lagħab ma’ Benfica, Atletico Madrid u Chelsea filwaqt li Disasi għandu hu difensur ċentrali li għandu 26 sena u li bħalissa jilgħab ma’ Chelsea.