Aston Villa jixtiequ jsaħħu l-iskwadra tagħhom u qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Werder Bremen Romano Schmid. Dan tal-aħħar jitqies bħala mutur fil-midfield tal-klabb u d-diriġenti Ġermaniżi ma tantx jidhru ħerqana li jħalluh jitlaq kif ġieb u laħaq.
Min-naħa tagħhom, Aston Villa se jippruvaw imorru għalih għax jixtiequ plejers ta’ talent bħal Schmid li għandu 24 sena u skorja disa’ gowls f’129 partita.