Tuesday, December 24, 2024

AstraZeneca tgħid li l-vaċċin tagħha maħsub li huwa effettiv kontra l-varjant il-ġdid tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca, Pascal Soriot, ilbieraħ qal li l-vaċċin tal-kumpanija huwa maħsub li huwa effettiv kontra l-varjant il-ġdid tal-coronavirus li nstab fir-Renju Unit.

“S’issa naħsbu li l-vaċċin għandu jibqa’ effettiv. Iżda ma nistgħux inkunu ċerti dwar dan, għaldaqstant se nagħmlu testijiet,” saħaq Soriot meta mistoqsi dwar kif il-vaċċin jista’ jilqa’ kontra l-varjant il-ġdid tal-virus.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press irrapportat li Soriot qal lill-ġurnal Brittaniku Sunday Times li riċerkaturi ta’ AstraZeneca kienu sabu formula biex jagħmlu l-vaċċin tagħhom effettiv daqs ta’ Pfizer jew Moderna, liema vaċċini diġà ġew approvati. Il-vaċin ta’ AstraZeneca mistenni li jiġi approvat din il-ġimgħa.

Il-vaċċin ta’ AstraZeneca, li kien żviluppat flimkien mal-Università ta’ Oxford, inizjalment ma kienx maħsub li kien se jkun effettiv bħal tar-rivali tiegħu, b’riżultati parzjali jissuġġerixxu li l-vaċċin huwa effettiv għal 70% fil-prevenzjoni tal-virus.

Il-varjanet il-ġdid tal-coronavirus qanqal allarm madwar id-dinja, b’diversi pajjiżi madwar id-dinja jillimitaw jew iwaqqfu l-ivvjaġġar mir-Renju Unit.

Il-varjaant il-ġdid tal-virus huwa maħsub li jittieħed ferm aktar minn strains preċedenti tal-virus, għalkemm mhuwiex maħsub li għandu rata ta’ mortalità aktar għolja.

Moderna l-ġimgħa li għaddiet ukoll qalet li temmen li l-vaċċin tagħha huwa effettiv kontra l-varjant il-ġdid.

Ekonomija

Sport