Atalanta mhumiex intenzjonati li jbiegħu lill-attakkant internazzjonali Daniż Rasmus Hojlund. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit sew minn Manchester United u għalkemm ġie stmat li jiswa €60 miljun La Dea mhux beħsiebhom ibigħuh.
Ir-Red Devils baqgħu persistenti u offrew lil Fred u lil Donny Van De Beek lit-tim minn Bergamo iżda s’issa l-kelma li semgħu kienet biss le.
Hojlund għandu 20 sena u fl-istaġun li għadda hu skorja disa’ gowls fi 32 logħba ma’ Atalanta.