Friday, April 26, 2024

Atletico Madrid iridu jiffirmaw lil Marcos Alonso

Aqra wkoll

Atletico Madrid huma determinati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Chelsea, Marcos Alonso, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Il-player ta’ 31 sena kien player importanti għall-Blues matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja goal wieħed u pprovda tliet assists fil-proċess.

Alonso kien ġie marbut ma’ ċaqliq ‘il bogħod minn Stamford Bridge aktar kmieni dan l-istaġun, iżda mhux se jitħalla jitlaq f’Jannar wara l-operazzjoni tal-irkoppa ta’ Ben Chilwell li temmitlu l-istaġun.

L-internazzjonali ta’ Spanja jinsab fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea, iżda, u kien hemm suġġerimenti li jista’ jħalli l-club fis-sajf li ġej.

Il-coach ta’ Atletico Diego Simeone iqis lil Alonso bħala mira ewlenija, bl-Arġentin determinat li jiffirma wing-back ġdid fuq ix-xellug qabel l-istaġun li ġej.

Alonso, li beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Real Madrid, skorja 25 goal u rreġistra 20 assist f’193 dehra ma’ Chelsea fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport