Monday, November 4, 2024

Atletico Madrid jiffirmaw lil Julian Alvarez għal somma rekord

Aqra wkoll

L-attakkant Arġentin, Julian Alvarez, issiġilla t-trasferiment rekord ta’ £81.5 miljuni ma’ Atletico Madrid – iżda Conor Gallagher jista’ jkun ma jingħaqadx miegħu.

Alvarez faħħar is-sentejn “speċjali” tiegħu f’Manchester City hekk kif wasal Spanja, filwaqt li l-midfielder ta’ Chelsea, Gallagher, huwa mbassar li jirritorna minn Madrid mingħajr ma jiffirma.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2022 jgħid li qed jitlaq lis-City – champions tal-Premier League għal dawn l-aħħar erba’ staġuni – “b’ħafna emozzjoni”.

Alvarez isostni wkoll li issa huwa player aħjar wara żewġ staġuni taħt il-manager fl-Etihad Stadium, Pep Guardiola.

Iżda sieħbu Gallagher, 24 sena, se jiffaċ­ċja futur inċert, minkejja li Chelsea aċċettaw l-offerta ta’ Atletico ta’ £33 miljun għall-internazzjonali Ingliż li lagħab 18-il darba mat-Three Lions.

It-trasferiment tiegħu laqat ostaklu kbir meta l-offerta tal-Blues biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Atletico, Samu Omorodion, battiet.

Wara li tħabbar it-trasferiment tiegħu, Alvarez ta ġieħ lis-City, li ffirmawh mingħand il-ġganti ta’ pajjiżu River Plate, f’Jannar 2022, għal £14-il miljun.

Sport