Tuesday, September 22, 2026
Home Sport Granit Xhaka investigat minħabba t-tilqima tal-Covid-19

Granit Xhaka investigat minħabba t-tilqima tal-Covid-19

0
41

Il-captain tal-Isvizzera u midfielder ta’ Sunderland, Granit Xhaka, jinsab taħt investigazzjoni mill-prosekuturi Svizzeri dwar allegazzjonijiet li kiseb ċertifikat falz jew iffalsifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19, fl-2022. Dak iż-żmien, ċertifikat kien meħtieġ għal ċerti attivitajiet, postijiet u vjaġġar barra l-pajjiż.

Xhaka, li dak iż-żmien kien jilgħab ma’ Arsenal, ammetta li kiseb ċertifikat minħabba nuqqas ta’ fiduċja fil-vaċċin u tħassib personali. Huwa qal li llum jirrikonoxxi li d-deċiżjoni kienet żball, skuża ruħu u wiegħed li se jassumi r-responsabbiltà u jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet.

Għadu mhux magħruf x’kastig jista’ jiffaċċja. Fl-2023, il-coach tat-team nazzjonali Svizzeru tal-hockey, Patrick Fischer, kien immultat €40,000 wara li nstab ħati li uża ċertifikat falz.

L-FA Svizzera ħabbret li Xhaka rtira mill-kamp tat-team qabel il-partiti tal-UEFA Nations League kontra l-Maċedonja, l-Iskozja u s-Slovenja. Id-deċiżjoni ttieħdet bi qbil bejn il-player u d-diriġenti, li se jiddiskutu l-futur tiegħu mat-team nazzjonali wara l-waqfa internazzjonali.

Xhaka lagħab 152 partita mal-Isvizzera,li huwa  rekord nazzjonali, u kien captain fit-Tazza tad-Dinja aktar kmieni din is-sena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here