Monday, May 13, 2024

Atletika: Il-Marokkin Soufiane El Bakkali jirbaħ l-isteeplechase

Aqra wkoll

Ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb Olimpika, Soufiane El Bakkali tal-Marokk, kiseb it-tieni titlu konsekuttiv tiegħu fil-kampjonat tad-dinja fit-3,000 metru steeplechase.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena għeleb lid-detentur tar-rekord tad-dinja u rebbieħ tal-midalja tal-fidda Olimpika, Lamecha Girma tal-Etijopja, biex rebaħ fi tmien minuti 3.53 sekondi.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena, Girma, li rreġistra ħin ta’  7:52.11 fil-Paris Diamond League, fid-9 ta’ Ġunju, biex kiser ir-rekord dinji ta’ 19-il sena, tilef il-kuntatt ma’ El Bakkali fl-aħħar qabża fl-ilma fi triqtu lejn it-tielet fidda tiegħu fid-dinja fejn kiseb ħin ta’  8:05.44.

Sport