Thursday, July 16, 2026
Home Internazzjonali Attakk mill-Istati Uniti fuq fergħa ewlieni tan-Nazzjonijiet Uniti

Attakk mill-Istati Uniti fuq fergħa ewlieni tan-Nazzjonijiet Uniti

0
2

Marco Rubio, is-segretarju tal-istat tal-Istati Uniti, nieda kampanja biex tiżżarma l-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC). Dan l-attentat kien ċar nhar it-Tnejn, meta Rubio sostna li t-tribunal globali kien qed jindaħal fl-operazzjonijiet militari u tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Uniti b’riskju għas-sovranità Amerikana.

F’artiklu twil ta’ opinjoni ppubblikat fil-Wall Street Journal nhar it-Tnejn, Rubio poġġa ritratti ta’ aġenti tal-għassa tal-fruntiera tal-Istati Uniti (ICE) u ta mexxejja eletti li qed jiġu “mkaxkrin quddiem qorti internazzjonali” u ġġudikati minn imħallfin minn madwar id-dinja 

Rubio wissa f’filmat akkumpanjanti ppubblikat fuq il-pjattaforma X li jekk se jibqa ma jsir xejn, kulħadd se jkun fil-ħniena (at the mercy of) ta’ mħallfin barranin, eluf ta’ mili ‘l bogħod bir-riskju kostanti ta’ prosekuzzjoni u anke ħabs għall-hekk imsejjaħ ‘reat’ li jiddefendu pajjiżhom stess.

Il-pjan tad-dipartiment tal-istat Amerikan biex jiżżarma l-ICC se jinvolvi pressjoni fuq nazzjonijiet oħra biex jabbandunaw il-qorti. “Nazzjonijiet li jirrifjutaw li jiċħdu l-awtorità tal-ICC filwaqt li jiddependu fuq l-għajnuna tal-Istati Uniti x’aktarx li se jkunu taħt skrutinju akbar,” qal uffiċjal u żied li l-kastigi possibbli jistgħu jinkludu sanzjonijiet, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u revoki tal-viża.

Iżda tliet esperti legali internazzjonali ddeskrivew ir-rimarki ta’ Marco Rubio bħala karatterizzazzjoni żbaljata tas-setgħat tat-tribunal.

L-ICC mhijiex qed titlob ġurisdizzjoni fuq l-imġieba fl-Istati Uniti. “Rubio qed jaħbi t-tfittxija ta l-ICC għall-impunità għal delitti tal-gwerra Amerikani taħt it-tikketta ta’ sovranità nazzjonali, li tinjora d-dritt sovran ta’ nazzjonijiet oħra li jinvokaw l-ICC għal delitti mwettqa fit-territorju tagħhom.

Il-qorti internazzjonali, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’The Hague, tista’ tinvestiga biss delitti mwettqa fi stati li huma parti għall-istatut ta’ Ruma, it-trattat tal-2002 li stabbilixxa l-ICC. L-Istati Uniti ma rratifikawx it-trattat, u lanqas il-qorti ma fetħet investigazzjonijiet dwar delitti mwettqa fl-Amerika.

Jidher iżda li Trump irid is-setgħa li jkun jista’ jwettaq delitti tal-gwerra fit-territorju ta’ pajjiżi li aċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-ICC qal Kenneth Roth, eks direttur eżekuttiv ta’ Human Rights Watch.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here