Tuesday, May 14, 2024

Attendenza kbira fil-Buskett għall-festa tal-Imnarja

... Ċelebrazzjoni ta' prodotti agrikoli Maltin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kif mistenni, il-wirja tal-Imnarja ma ddiżappuntatx mill-attendenza u minkejja programm mifrux iktar mis-soltu anke fejn jidħlu l-wirjiet tal-bhejjem, dalgħodu il-Buksett ra folla kbira ta’ nies li bdiet minn filgħodu kmieni. 

Fost programm mimli daqs bajda b’attvitajiet għall-familja kollha, dawk preżenti setgħu japprezzaw Mużika u Għana, logħob tradizzjonali Malti, esebizzjoni ta’ prodotti agrikoli lokali kif ukoll wirjiet ta’ bhejjem tal-ħalib, laħam u sbuħija fost ħafna affarijiet oħra. 

Dan il-ġurnal tkellem ma’ uħud mill-esebituri li qalulna li n-nuqqas ta’ din il-festa fi żmien il-pandemija kien wassal għal attendenza mill-aqwa fl-Agrifair li ġiet organizzata għall-ewwel darba s-sena li għaddiet u dan bla ebda dubju meliehom bil-kuraġġ biex jesponu dak li kapaċi nipproduċu lokalment. 

Ma setgħetx ma tiġix innutata l-attendenza taċ-ċkejknin li mhux biss ipparteċipaw f’logħob tradizzjonali organizzat fil-post, iżda ssaħħru wara s-sbuħija ta’ annimali li mhux li nistgħu naprezzaw ta’ kuljum.

Sport