Thursday, April 25, 2024

ATTENZJONI – L-MFSA b’avviż dwar sit elettroniku li juża l-istess isem użat minn kumpanija reġistrata lokali

Aqra wkoll

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) tixtieq tavża lill-pubbliku dwar sit elettroniku li juża l-istess isem u dettalji bħal dak użat minn kumpanija reġistrata lokali, iżda liema sit elettroniku fil-fatt mhux marbut bl-ebda mod mal-entità liċenzjata. Is-sit eletroniku https://www.zenithfinanceltd.com/ (is-sit eletroniku li mhux awtorizzat) qed jagħmel użu mhux awtorizzat ta’ isem simili u referenza għall-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpanija Maltija rreġistrata u liċenzjata, Zenith Finance Limited (C 42720) li għanda preżenza fuq l-internet ta’ https://zenithgroup.com.mt/.

L-entità tiddikjara li hija “an asset management firm that is dedicated to continuous financial portfolio growth, offering clients maximum returns on their investments”.

L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku li s-sit eletroniku li mhuwiex awtorizzat u bl-ebda mod mhu marbut ma ‘xi kumpanija reġistrata Maltija jew liċenzjata jew awtorizzata mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investiment jew servizzi finanzjarji oħra ġewwa jew minn Malta li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew awtorizzati taħt il-liġi Maltija. Barra minn hekk, https://www.zenithfinanceltd.com/ m’għandha l-ebda assoċjazzjoni ma’ Zenith Finance Limited (C 42720) – https://zenithgroup.com.mt/.

Is-sit elettroniku https://www.zenithfinanceltd.com/ jidher li hu falz (clone) ta’ sit elettroniku ta’ entità leġittima u għaldaqstant il-pubbliku m’għandhux jidħol f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità qarrieqa.

Sport