Saturday, May 4, 2024

Raġel jinżel minn vettura, jaggredixxi persuna u jaħrab minn fuq il-post

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta ta’ 12:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna feruta fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla, Bormla. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru  rriżulta li raġel Ingliż ta’ 58 sena residenti Bormla, kien qiegħed fuq bankina u dak il-ħin waqfet  ħdejh vettura. Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li mill-vettura nieżel raġel u allegatament aggredixxa lill-vittma. 

L-allegat aggressur reġa’ riekeb fil-vettura u ħarab minn fuq il-post. 

Immedjatament issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-aggressur waqt li għadhom għaddejjin bl investigazzjonijiet tagħhom. 

Sport