Matul il-jum tal-Ħadd ittellgħet edizzjoni oħra ta’ “Wirt in-Natura”, li din id-darba saret fil-Park tas-Salina, San Pawl il-Baħar. Attività b’kunċett ambjentali li kienet imżewqa b’varjetà ta’ logħob u dimostrazzjonijiet għall-familja kollha.
Kull min attenda kellu l-opportunità li jaraw sessjonijiet ta’ tħawwil u ngħataw tagħrif dwar kif wieħed għandu jirriċikla u jibża għan-natura fost oħrajn.
Din l-attività kienet organizzata mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża flimkien mal-Aġenzija Project Green, Ambjent Malta, l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), WasteServ, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Circular Economy Malta u ClimateOn Malta.