Saturday, May 4, 2024

Aurelien Tchouameni ma’ min se jingħaqad …. Real Madrid, Paris SG jew Liverpool?

Aqra wkoll

Jidher li din is-sena se jkollna saga ġdida, dik tal-midfielder difensiv ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni.

Dan minħabba li l-internazzjonali ta’ 22 sena laħaq ftehim ma’ Real Madrid u Liverpool. Matul dawn l-aħħar jiem, il-media Spanjola ħabbret li Tchouameni se jmur jilgħab fil-Bernabeu Stadium hekk kif intlaħaq ftehim bejn il-partijiet kollha u hija kwistjoni ta’ meta se jiffirma uffiċjalment.

Iżda filwaqt li Liverpool jinsabu lesti li jħallsu €80 miljun għall-firma ta’ dan il-player, il-Madrileni qed isostnu li huma se jaslu biss sa €60 miljun.

Meta raw hekk, Paris St-Germain daħlu fit-taqtiegħa u jinsabu lesti li joffru €80 miljun u se jipprovaw jużaw l-influwenza ta’ Kylian Mbappe biex imur jilgħab maċ-champions Franċiżi.

Għaldaqstant kollox għadu indeċiż hekk kif il-player innifsu sostna li jixtieq jilgħab kemm għal Liverpool kif ukoll għal Real.

Sport