Wednesday, April 24, 2024

Australian Open: Novak Djokovic javvanza għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

Novak Djokovic għamel il-ħidma tiegħu faċli biex elimina lit-tama lokali, Alex de Minaur, hekk kif kompla jissielet biex jirbaħ l-10 titlu tal-irġiel fir-rekord tal-Australian Open.

Is-Serb Djokovic ta’ 35 sena xorta kellu l-koxxa tax-xellug infaxxata, iżda ma deher fl-ebda inkwiet hekk kif rebaħ 6-2 6-1 6-2 bir-raba’ seed issa se jilgħab kontra r-Russu Andrey Rublev fil-kwarti-finali.

Rublev, li jinsab issidjat fil-ħames post, salva żewġ match points – u ssielet lura minn 5-0 minn taħt f’tie-break tal-aħħar set – biex għeleb liż-żagħżugħ Daniż, Holger Rune, u issa se jiltaqa’ kontra Djokovic.

Is-Serb Djokovic ilu bil-koxxa nfaxxata fit-tournament kollu biex jipproteġi injury fil-hamstring u talab għall-kura f’timeout mediku waqt ir-rebħa tiegħu fit-tielet round fuq il-Bulgaru Grigor Dimitrov.

Iżda minkejja t-tħassib tal-partitarji tiegħu, huwa mexa liberament f’rebħa kunfidenti kontra De Minaur, li ħadet sagħtejn u sitt minuti.

De Minaur, li kien l-aħħar player Awstraljan li waqa’ fis-singles, ma setax ilaħħaq mal-kwalità u l-preċiżjoni ta’ Djokovic mill-baseline.

Djokovic b’mod infami ma lagħabx is-sena li għaddiet wara tilwima dwar l-istatus tat-tilqim tiegħu tal-vaċċin li wasslet għal seduti fil-qorti u eventwalment id-deportazzjoni tiegħu.

Fir-ritorn tiegħu, huwa kompla minn fejn ħalla f’dik li jsejjaħ “it-tieni dar tiegħu”, u kabbar is-sensiela ta’ rebħiet hemmhekk għal 26 partita.

Minbarra l-10 Australian Open, Djoko­vic sejjer għar-rekord ta’ 22 titlu tal-Grand Slam.

Sport