Friday, May 3, 2024

Awstraljan jingħata sentenza tal-mewt fiċ-Ċina… każ li jkompli jżid it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

Aqra wkoll

Raġel ta’ nazzjonalità Awstraljana ngħata sentenza tal-mewt fiċ-Ċina minħabba traffikar tad-droga. 

Hu mifhum li din is-sentenza taf tkompli żżid aktar it-tensjoni bejn iċ-Ċina u l-Awstralja. 

Ir-raġel, li biċ-Ċiniż ġie msejjaħ “Kamu Jielaisibi” ġie identifikat mill-midja Awstraljana bħala Cam Gillespie. Hu ngħata sentenza tal-mewt mill-Qorti tal-Poplu ta’ Guangzhou.

Skont il-midja Ċiniża, ir-raġel ġie arrestat fl-ajruport ta’ Guangzhou Baiyun f’Diċembru tal-2013 fejn kien qed iġorr aktar minn 7.5 kilogrami ta’ metamfetamini fil-bagalji. 

Iċ-Ċina hi wieħed mill-akbar imsieħba tal-Awstralja fil-kummerċ, kif ukoll l-akbar sors ta’ studenti internazzjonali u turisti. Madankollu, fl-aħħar snin kien hemm problemi fir-relazzjonijiet u dawn marru aktar għall-agħar wara li ċ-Ċina rrabjat għas-sejħa tal-Awstralja biex issir investigazzjoni indipendenti dwar l-oriġini tal-pandemija tal-Coronavirus. 

Sport