Saturday, July 25, 2026
Home Sport Axel Tuanzebe ta’ Man Utd jingħaqad ma’ Napoli b’self

Axel Tuanzebe ta’ Man Utd jingħaqad ma’ Napoli b’self

0
839

Sadanittant, Napoli ħabbru uffiċjalment li Axel Tuanzebe, 24 sena, ngħaqad b’self għal sitt xhur mingħand Manchester United u jista’ jiddebutta kontra Sampdoria llum.

Id-difensur ċentrali kien Napli aktar kmieni din il-ġimgħa għall-eżami  mediku u biex jiffirma, imbagħad irritorna l-Ingilterra biex jimla l-applikazzjoni għall-viża.

Dan għaliex wara l-Brexit, id-dettalji tal-iffirmar u l-logħob tal-atleti Ingliżi huma differenti għall-membri tal-Unjoni Ewropea.

Tuanzebe wasal b’self ta’ sitt xhur sat-30 ta’ Ġunju, 2022, mingħajr għażla li l-Partenopei jixtruh.

Fl-ewwel nofs ta’ dan l-istaġun huwa kien misluf ma’ Aston Villa, iżda dak il-ftehim ġie interrott b’kunsens reċiproku ladarba Napoli għamlu offerta għalih.