San Ġiljan bħalissa hu miżgħud bin-nies hekk kif eluf ta’ persuni qegħdin jiċċelebbraw il-festa ta’ San Patrizju. It-tradizzjoni tgħid li dawk li jattendu għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet għandhom jilbsu l-aħdar jew kappell tradizzjonali li hu marbut ma’ din il-festa. Din hija l-ewwel darba wara l-pandemija li qed issir din iċ-ċelebrazzjoni.
Din il-festa hija popolari ferm madwar id-dinja kollha li rat il-bidu tagħha fl-Irlanda biex ifakkru l-pattrun tagħhom.
Għal din il-festa wkoll hija tradizzjoni li kulħadd ikun qed jixrob il-birra tant magħrufa mal-Irlandiżi.
Jingħad li San Patrizju wara li għamel snin sħaħ bħala skjav, kien mar lejn l-Irlanda u hemm beda jikkonverti lin-nies għar-reliġjon Nisranija.
Intant, f’Għajnsielem Għawdex ukoll bħalissa qed issir ċelebrazzjonijiet fejn hemm mijiet ta’ persuni. Kien il-Kunsill Lokali li organizza din l-attività f’Għawdex fejn mistenni li jdoqqu diversi bands u DJs rinomati f’pajjiżna.