Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ sular u nofs fil-Gżira

Aqra wkoll


Illum, għall-ħabta tas-6:00 a.m., il-Pulizija kienet infurmata b’inċident fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Manuel De Vilhena, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Brażiljan ta’ 30 sena kien waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’xaft. Fuq il-post, ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku
sabiex jassistu u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra
minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport