Sunday, December 22, 2024

Ballerina tista’ teħel 15-il sena ħabs wara li ammettiet tradiment kontra r-Russja

Aqra wkoll

Ksenia Karelina, il-ballerina b’ċittadinanza Russa u anke Amerikana ammettiet l-akkużi kontriha li kienet tradiet lill-Gvern Russu. Hija kienet ġiet arrestat fuq suspetti li kienet qiegħda tiġbor il-flus biex tgħaddihom lill-għaqdiet tal-karità Ukreni.

Il-Prosekuzzjoni Russa qiegħda titlob li Karelina tingħata sentenza ta’ 15-il sena ħabs. Il-ballerina ġiet arrestat mill-awtoritajiet ta’ Yekaterinburg, liema belt tinsab madwar 1,600 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Moska. Hija kienet marret f’din il-belt fi Frar li għadda biex iżżur il-familja tagħha.

L-avukati difensuri qegħdin jargumentaw li 15-il sena ħabs hija sentenza wisq ħarxa għal akkużi li ġiet akkużata bihom aktar u aktar hekk kif hi kkoperat bis-sħiħ tal-investigaturi u ammettiet mill-ewwel.

Kien hemm tama li Karelina tkun waħda mill-ħabsin li tingħata ċ-ċans li tmur lura lejn l-Istati Uniti fil-ftehim li ntlaħaq fl-aħħar jiem bejn ir-Russja u l-Amerika. Iżda l-Prosekuzzjoni qalet li kien impossibbli li hi tkun parti minn dan il-ftehim minħabba li s-sentenza għadha ma ngħatax.

Waqt li kien qiegħed jindirizza lill-ġurnalisti, l-avukat difensur qal li hekk kif se tkun qiegħda tingħata s-sentenza huwa se jkunu qegħdin jaħdmu biex hi tmur lura lejn Los Angeles fejn ilha tgħix għal diversi snin. Hija kienet ingħatat iċ-ċittadinanza Amerikana fl-2021.

Fil-bidu tas-sena hija kienet marret ir-Russja biex iżżur lill-familja tagħha, iżda hekk kif ipprovat biex tmur lura lejn l-Istati Uniti hija ġiet informata li ma tistax toħroġ mill-pajjiż.

Skont rapporti fil-midja jirriżulta li hija kienet ġabret $50 u għaddiethom lill-Għaqda tal-Karità Razom li tgħin lill-poplu Ukren.

Ekonomija

Sport