Saturday, April 19, 2025

Balzan isalvaw ir-riżultat b’mod drammatiku

Aqra wkoll

Zabbar SP …….2

Balzan …………2

Minn Cristian Muscat

Balzan kisbu draw drammatiku ta’ 2-2 kontra Zabbar SP, biex kisbu punt prezzjuż, bil-goal tant importanti għalihom jasal mis-sostitut Jake Grech proprju fit-93 minuta.

Ta’ nota huwa l-fatt li dan kien il-ħames riżultat konsekuttiv bla telfa għal Balzan, li madankollu minnhom erb­għa spiċċaw fi draws u waħda biss kienet rebħa.

Għal Zabbar irritornaw Strahinja Jovancic u Kristian Keqi minn sospensjoni iżda reġa’ kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal- goalkeeper veteran Justin Haber u Felix Wallace Bonilha. Sos­piż għalihom ukoll kien il-player Jurgen Pisani. Dan filwaqt li Balzan kel­lhom lil Victor Blasco Llorens sospiż – player li nħass ferm għalihom matul il-kors tal-partita.

Zabbar għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fl-10 minuta fetħu l-iskor meta s-Serb STEFAN ILIC avvanza taj­jeb fil-kaxxa u peremzz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fis-26 minuta, Balzan kienu sfortunati li ma kisbux id-draw meta Alexander Udoyen Akpan kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin salvat mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri, megħjun mill-wieqfa, biż-Żabbarin jeħilsuha ħafif.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq Balzan u fit-tieni taqsima ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta mas-siegħa logħob kisbu d-draw meta RAFAEL FLORO SILVA venven xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lil Camil­leri.

U jekk dan il-goal ta’ Floro Silva kien wieħed mill-isbaħ, daqstant ieħor kien  dak ta’ DIOGO JOAO TAVARES meta, fit-72 minuta, fajjar xutt mill-isbaħ mid-distanza li għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta’ Balzan, Da­nilo Golovic.

Madankollu, fit-93 minuta Balzan kisbu d-draw drammatiku meta s-sostitut JAKE GRECH kien fil-post it-taj­jeb fil-mument opportun u mill-viċin ma ħafirx … biex iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed.

Zabbar SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (99-David Oliveira Souza 66), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Joao Tavares, 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi, 55-Dorde Jovicic (14-Antonio Pio Iervolino 44), 95-Marcelo Barros Santos – Coach: Fatos Daja

Balzan: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab (21-Luka Lukovic 80), 6-Marcus Grima (22-Jake Grech 86), 8-Nicholas Pulis (44-Marko Bacanin 80), 10-Jan Busuttil, 11-Benjamin Hili (24-Gianluca Cacciatore 57), 14-Dimeji Awosanya, 17-Henri Braham Stanic, 27-Alexander Udoyen Akpan, 42-Rafael Floro Da Silva, 77-Elvis Kamsoba – Coach: Andrew Cohen

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: Roberto Vella, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorers: S. Ilic 10, D. J. Tavares 72 (ZSP), R. Floro Silva 60, J. Grech 93 (B)

Ammoniti: B. A. Gambarte, Z. Grech (ZSP), S. Arab, M. Grima (B)

Player tal-Logħba: Diogo Joao Tavares (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport