Barra ħsarat strutturali u periklu għan-nies, l-għargħar qawwi li seħħ fil-Brażil irriżulta ta’ inkonvenjent għal għadd ta’ baqar li f’filmati meħuda f’Angra dos Reis u mxandra online, jidhru jitkaxkru minn ilmijiet qawwija.
Fl-istess żona għadd ta’ residenti telgħu fuq is-soqfa biex jevitaw li jitkaxkru mill-għargħar.
Uffiċjali lokali ħabbru li aktar minn 380 persuna u 40 annimali domestiċi ngħataw kenn fi djar oħra mqassma mar-reġjun.