Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tar-Russja u tal-Ġermanja ltaqgħu fi New York, fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti nhar is-Sibt. Din kienet l-ewwel taħdita ta’ bejniethom mill-perjodu ta’ qabel l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022.
Ir-relazzjonijiet bejn Moska u Berlin, dan tal-aħħar alleat mill-qrib tal-Ukrajna ilhom mingħajr komunikazzjoni sa mill-invażjoni Russa. Midja internazzjonali rrapurtat li t-tensjoni kompliet tiżdied wara inċident li involva drone fl-Ajruport ta’ Leipzig, fl-Lvant tal-Ġermanja, f’Awwissu li għadda.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov stqarr waqt konferenza stampa li, mit-taħditiet mal-kontroparti Ġermaniża , ma tgħallem xejn ġdid li Berlin ma kinitx diġà esprimiet pubblikament fi stqarrijiet uffiċjali.
Intant, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż Johann Wadephul uża t-taħditiet biex iħeġġeġ lil Lavrov jagħmel dak kollu possibbli biex jilħaq ftehim dwar l-esportazzjonijiet tal-qamħ.




