Thursday, April 25, 2024

Barcelona bi profitt ta’ €86 miljun

Aqra wkoll

Barcelona rreġistraw qliegħ ta’ €86 miljun għall-aħħar sena finanzjarja u jistennew li jagħmlu profitt ta’ €240 miljun is-sena d-dieħla, ħabbar il-club.

Dan is-sajf il-club Spanjol ma setax jirreġistra players ġodda minħabba li r-regolamenti finanzjarji ta’ La Liga kienu għamlu telf ta’ €422 miljun is-sena ta’ qabel.

Madankollu, ħelsu l-finanzjament b’diversi ‘lievi ekonomiċi’. Il-club qal li għalaq is-sena finanzjarja 2021-22 b’fatturat ta’ €890 miljun.

Ir-restrizzjonijiet finanzjarji fissru li kien hemm dewmien fir-reġistrazzjoni ta’ ak­kwisti ġodda fosthom Robert Lewandowski, Franck Kessie, Jules Kounde u Raphinha dan is-sajf.

Il-’Lievi’ involvew il-bejgħ ta’ ishma tad- drittijiet televiżivi futuri tagħhom u l-unità tagħhom ta’ produzzjoni tal-midja Barca Studios.

F’Awwissu, huma biegħu 24.5% addiz­zjonali ta’ Barca Studios lil Orpheus Media għal €84.6 miljuni – dan kien mistenni li jiġġenera dħul biżżejjed biex jissodisfa lil La Liga u jippermetti lil Barca jirreġistraw tal-inqas xi wħud mill-players ġodda tagħ­hom.

Sport