Friday, October 18, 2024

Barcelona jiksbu lil Victor Roque

Aqra wkoll

Barcelona jinsabu ferm viċin li jiksbu s-servizzi tal-plejer żagħżugħ Brażiljan Victor Roque mingħand Atletico Paranense. Dan tal-aħħar għad għandu biss 18-il sena u se jkun qed jasal f’Camp Nou fil-jiem li ġejjin. Hu diġa’ kellu esperjenza ma’ Cruzeiro fejn lagħab mal-kbar meta kellu biss 16-il sena.

Il-Blaugrana bdew jgħaġġlu fil-ftehim magħhom ma’ Paranense minħabba li Manchester United, Paris St Germain u Tottenham Hotspur kienu wkoll interessati fih.

Sport