Zabbar St Patrick akkwistaw lill-winger mill-Ghana, Alfie Agyeman.
Il-player ta’ 26 sena ngħaqad mas-Saints wara li l-aħħar esperjenza tiegħu kienet mat-tim Skoċċiż Falkirk, u jasal malta b’diversi snin ta’ esperjenza fil-futbol Skoċċiż.
Huwa beda l-karriera tiegħu ma’ Motherwell qabel ma lagħab għal diversi klabbs Skoċċiżi oħra, fosthom Queen’s Park, Broomhill, Kelty Hearts, Falkirk u St Johnstone.
Matul l-istaġun 2025/26, Agyeman qatta’ perjodu b’self ma’ St Johnstone mingħand Falkirk qabel ma rritorna mal-klabb li kien proprjetarju tiegħu.




