Friday, April 19, 2024

Barcelona jistgħu jiġu sospiżi mill-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Barcelona qed jiffaċċjaw theddida legali ġdida mill-UEFA, inkluża possibbiltá ta’  sospensjoni mill-UEFA Champions League, wara li sar magħruf li l-club ħallas miljuni ta’ dollari lil kumpanija marbuta ma’ uffiċjal tar-refereeing Spanjol.

Il-UEFA talbet għall-investigazzjoni tagħhom stess mill-Ħamis, u l-kwistjoni diġà qed tiġi segwita mill-prosekuturi fi Spanja.

Ir-regolamenti taċ-Champions League tal-korp governattiv Ewropew, li ilhom fis-seħħ mill-2007, jippermettu lill-federazzjoni biex tissospendi lil timijiet mill-kompetizzjoni għal staġun wieħed jekk jinstabu li huma involuti fl-arranġamenti ta’ logħob.

Dokumenti tal-Qorti juru li Barcelona ħallsu €7.3 miljuni bejn l-2001 u l-2018 lill-kumpanija ta’ Jose Maria Enriquez Negreira, l-eks viċi president tal-kumitat tar-refereeing tal-football Spanjol.

Il-prosekuturi fi Spanja akkużaw formalment lil Barcelona b’korruzzjoni fl-isport, ġestjoni frawdolenti u falsifikazzjoni ta’ dokumenti kummerċjali. L-imħallef inkwirenti mistenni jiddeċiedi jekk dan iwassalx għal akkużi.

Peró, s’issa għadha ma ġiet ippubblikata l-ebda evidenza li r-referees jew logħob individwali kienu fil-fatt ġew influwenzati.

Sport