Friday, May 3, 2024

IDENTIFIKAT L-ANZJAN LI TILEF ĦAJTU FIL-LIMITI TAL-IMĠARR

Aqra wkoll

L-anzjan li miet fl-inċident li seħħ aktar kmieni ġie identifikat bħala Emanuel Grech ta’ 69 sena residenti l-Imġarr.

Minkejja kull tentattiv biex jiġi salvat, huwa kien iċċertifikat mejjet mal-wasla tiegħu fl-Isptar Mater Dei.

B’rabta mal-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

AKTAR QABEL:

Tim mediku mill-Isptar Mater Dei flimkien ma’ uffiċjali oħra kellhom jintervjenu fil-limiti tal-Imġarr wara li għall-ħabta tat-3.30 p.m. persuna sabet ruħha f’diffikultà waqt xogħol fir-raba’.

Skont l-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit raġel ta’ 69 sena mill-Imġarr, li kien qiegħed jaħdem b’mutur tal-ħart kien sofra ġrieħi f’saqajh waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Huwa ngħata attenzjoni medika fuq il-post sakemm seta’ mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post biex jingħata l-kura meħtieġ minħabba l-ammont sostanzjali ta’ demm li tilef.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport