Tuesday, May 14, 2024

Elliot Management … bl-aħjar proposta u offerta għal Glaziers?

Aqra wkoll

L-eks sidien ta’ AC Milan, l-Erbgħa ssottomettew l-offerta tagħhom għall-bejgħ tal-club ta’ Manchester United hekk kif imxew mal-protokoll u rrispettaw iż-żmien stipulat biex l-offerenti kellhom jagħmlu l-offerta tagħhom. 

L-uniċi żewġ offerenti li ma għamlux hekk kienu s-sid tal-Ineos, Jim Ratcliffe u l-bankier tal-Qatar ix-Sheikh Jassim. Dawn talbu għal aktar żmien fejn mistenni jagħmlu l-offerta fis-sigħat li ġejjin.  

Filwaqt li l-Qatari qed jidhru l-aktar favoriti li jixtru l-club fejn qed iwegħdu l-”ġenna” lill-partitarji, il-Glazers jistgħu jħarsu lejn dik l-offerta li l-aktar taqbel lilhom u mhux lill-club. 

Filwaqt li qed jitolbu €6 biljuni u l-Qatari s’issa waslu sa €5.5 biljuni u forsi jilħqu ċ-ċifra mitluba, is-sidien Amerikani tal-club jistgħu jikkunsidraw l-offerta ta’ Elliot Management li teżisti possibbiltá kbira li tkun l-aktar li tapplika għalihom. 

Elliot Management qed joffru €2.5 biljuni għal investiment minoritarju. Din is-somma hija biżżejjed għal Glazers biex jibnu mill-ġdid l-istadium ta’ Old Trafford kif ukoll għas-swieq tat-trasferimenti. 

Huma qed jaraw li fi żmien tliet snin oħra, il-valur tal-club ikompla jogħla fejn hemmhekk ikunu jistgħu jgħollu l-prezz minħabba li l-kummerċ tal-club mistenni jittrippla … bid-dħul finananzjarju jkun wieħed stratosferiku. 

Jekk ibiegħu l-club lill-Qatari, huma jdaħħlu £6 biljuni liema somma trid tinqasam bejn is-sitt aħwa wara t-taxxa u spejjeż oħra… li forsi tħalli qliegħ ta’ £600,000 miljun lil kull membru tal-familja. 

Filwaqt li l-partitarji tar-Red Devils qed jaraw lil Qatari bħala “anġli neżlin mis-sema’”, il-Glazers qed iħarsu lejn dan il-bejgħ minn lenti ferm differenti. 

Anke jekk il-Qatari jiskappriċċaw lill-Amerikani … jista’ ma jkunx biżżejjed. Wieħed irid jara jekk il-Glazers jikkuntentawx b’aktar min-nofs miljun liri sterlina jekk inkella jkabbrux l-imperu tagħhom b’din l-inejzzjoni finanzjarja minn Elliot Management. 

Nistennew u naraw!

Sport