Friday, May 17, 2024

Barcelona jtemmu l-interess tagħhom biex jiffirmaw lil Ruben Neves

Aqra wkoll

Barcelona temmew l-isforzi tagħhom biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Wolves, Ruben Neves, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Għal numru ta’ xhur, ġie ssuġġerit li l-ġganti Katalani kienu favoriti biex jiffirmaw lill-player internazzjonali Portugiż, li pubblikament irrikonoxxa li huwa miftuħ biex jikkunsidra offerti minn clubs oħra.

Madankollu, il-kwistjonijiet finanzjarji ta’ Barcelona żammew kwalunkwe ftehim milli jimxi ‘l quddiem, filwaqt li Wolves saħqu li mhux se jinfirdu minn Neves għal ħlas bi prezz imnaqqas.

Sport