Thursday, March 28, 2024

Barcelona ma ġewx ikkuntattjati minn Chelsea għal Frenkie de Jong

Aqra wkoll

Barcelona ma ġewx ikkuntattjati minn Chelsea rigward trasferiment potenzjali għal Frenkie de Jong.

L-internazzjonali Olandiż kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-Camp Nou, bil-ġganti Katalani jingħad li huma miftuħa li jbigħu lill-midfielder biex itaffu l-kwistjonijiet finanzjarji tagħhom.

Kien hemm pretensjonijiet li Chelsea għamlu offerta ta’ £33 miljun għall-player ta’ 24 sena bit-tama li jassiguraw il-firma tiegħu matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Madankollu, Barcelona ma rċevew ‘ebda offerta jew proposta verbali’ mingħand il-holders taċ-Champions League.

Il-Blues minflok qed jiffokaw biex iġibu difensur ġdid fil-club, b’Ben Chilwell u Reece James bħalissa jisnabu barra mill-azzjoni minħabba injury.

De Jong reġa’ kien player importanti għal Barcelona matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 24 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja goal wieħed u pprovda żewġ assists fil-proċess.

Jingħad ukoll li Manchester United u Liverpool huma ammiraturi tal-Olandiż.

Ekonomija

Sport