Sunday, May 19, 2024

Barcelona mistennija jegħlbu lil Chelsea għal Jules Kounde

Aqra wkoll

Barcelona mistennija jegħlbu lil Chelsea fit-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Sevilla, Jules Kounde.

Dan is-sajf il-player ta’ 23 sena se jfittex club ġdid, bil-general manager tal-club Jose Maria Cruz de Andres jiżvela l-ġimgħa li għaddiet li d-difensur huwa ħerqan li jilgħab f’livell ogħla.

Issa li Antonio Rudiger u Andreas Christensen ħallew Stamford Bridge, Chelsea huma lesti li jakkwistaw mill-inqas difensur ċentrali ġdid dan is-sajf, b’Kounde maħsub li huwa l-mira primarja tagħhom.

Sport