Barcelona mistennija jġeddu l-kuntratt ta’ wieħed mill-istilel tagħhom Pau Cubarsi. Dan tal-aħħar ġej mill-Cantera, li hi l-akkademja Katalana u qed jimpressjona tant li fl-eta’ ta’ 17-il sena diġa’ deher 12-il darba bil-flokk Blaugrana.
Il-pjan ta’ Barcelona hu dak li joffrulu kuntratt ta’ ħames snin u għalhekk ibiegħdu kull klabb li hu interessat fih. Hu flimkien ma’ Lamine Yamal qed jitqiesu bħala l-plejers futuri tal-klabb li mistenni jġedded u jagħti fiduċja fil-plejers żgħażagħ.
Cubarsi kemm-il darba sostna li jinsab għal qalbu jilgħab ma’ dan it-tim.