Wednesday, November 6, 2024

Barcelona mmultati għal mġieba razzista

Aqra wkoll

Barcelona ġew immultati għal imġieba razzista u azzjonijiet oħra mill-partitarji tagħhom fl-ewwel leg tal-kwarti-finali taċ- Champions League kontra Paris St-Germain f’Pariġi.

Minbarra r-razziżmu, il-UEFA akkużat ukoll lil Barca fuq il-partitarji tagħhom li xegħ­lu logħob tan-nar u li kkawżaw ħsara fil-Parc des Princes. Il-club Spanjol se jkollu jħallas multa ta’ €32,000.

Barca rebħu 3-2 f’Pariġi iżda tilfu t-tieni leg ta’ nhar it-Tlieta 4-1 f’darhom u ġew eliminati miċ-Champions League.

Minbarra l-multa, Barcelona ġew ipproj­biti milli jbigħu biljetti lill-partitarji tagħ­hom għal-logħba li jmiss barra minn darhom f’kompetizzjoni tal-UEFA bħala kastig għall-imġieba razzista, għalkemm il-proj­bizzjoni hija sospiża għal perjodu ta’ sena.

Barcelona jridu jagħmlu kuntatt ukoll ma’ Paris St-Germain, li se jiltaqgħu ma’ Borussia Dortmund fis-semi-finali taċ-Champions League, fi żmien 30 jum biex isolvu l-ħsara kkawżata mill-partitarji fl-istadium.

Sport