Monday, April 29, 2024

UEL: Liverpool eliminati minn Atalanta

Aqra wkoll

Liverpool u Milan sfaw eliminati mill-UEFA Europa League meta fit-tieni leg tal-kwarti-finali huma ġew megħluba b’aggregate skors identiċi ta’ 3-1 minn Atalanta u Roma rispettivament.

UEFA EUROPA LEAGUE

Atalanta v Liverpool – Liverpool marru għand Atalanta u minkejja li taw l-impressjoni li setgħu idawru l-iżvantaġġ ta’ 3-0 meta skorjaw kmieni, fallew bosta ċansijiet ta’ skor biex sfaw eliminati bl-aggregate ta’ 3-1.

L-uniku goal tal-partita wasal wara biss seba’ minuti minn pe­nalty ta’ Mohamed Salah li fil-veritá xejn ma kellu partita tajba.

Peró, il-Bergamaschi jimmeritahom li jkunu mal-aħħar erbgħa għax kellhom prestazzjonijiet brillanti fiż-żewġ legs.

Din kienet l-aħħar partita għall-coach, Jurgen Klopp, ma’ Liverpool fil-kompetizzjonijiet Ewropej hekk kif fl-aħħar tal-istaġun se jħalli lill-club.

Roma v Milan – Roma għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 2-1 biex għaddew b’aggregate ta’ 3-1 minkejja li lagħbu għal siegħa sħiħa bi player inqas minħabba li tkeċċielhom Zeki Celik (31).

L-eroj tal-Giallorossi kienu Gianluca Man­­cini (12) u Paulo Dybala (22) filwaqt żewġ minuti mit-tmiem Matteo Gabbia naqqas il-marġni għar-Rossoneri.

West Ham v Leverkusen – West Ham ospitaw liċ-champions Ġermaniżi l-ġodda, Bayer Leverkusen u spiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex dawn tal-aħħar għaddew b’aggregate ta’ 3-1.

Kien Michail Antonio (13) li fetaħ l-iskor għall- Hammers u meta kollox deher li kienu se jagħtu l-ewwel telfa lit-team immexxi mill-coach, Xabi Alonso, fil-kompetizzjonijiet kol­lha, Jeremie Frimpong (89) kiseb id-draw.

Marseille v Benfica – Marseille għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 1-0, permezz ta’ Faris Moumbagna (79) biex temmew f’aggregate ta’ 2-2 u wara li ngħata l-ħin barrani Marseille ħarġu rebbieħa 4-2 bl-għoti tal-penalties.

UEFA CHALLENGE LEAGUE

Fiorentina v Vic. Plzen – Fiorentina laqgħu liċ-Ċeki ta’ Victoria Plzen u rebħu bl-iskor ta’ 2-0, wara l-ħin barrani biex għaddew bl-istess aggregate.

Plzen kellhom lil Cadu (66) imkeċċi u minkejja li sfurzaw il-ħin barrani, il-Vio­la skorjaw darbtejn mingħajr risposta minn Nicolas Gonzalez (92) u Cristiano Biraghi (108).

Lille v Aston Villa – Aston Villa marru għand Lille u rebħu 4-3 bil-penalties wara aggregate ta’ 3-3.

Kienu Lille li rebħu din il-partita bl-iskor ta’ 2-1, permezz ta’ Yusuf Yazici (15) u Benjamin Andre (68) filwaqt li Matty Cash (87) wieġeb għall-Villans.

PAOK v Club Brugge – Barra minn darhom Club Brugge għelbu lil PAOK 2-0 għal aggregate ta’ 3-0 bil-goals jaslu minn Ferran Jutgla (33, 45).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport