Barcelona se jkeċċċu lid-difensur internazzjonali Spanjol, Gerard Pique.
Il-coach, Xavi Hernandez, informa lil dan il-player ta’ 35 sena, li mhuwiex aktar fil-pjani tiegħu u għaldaqstant ikun aħjar li jitlaq min-Nou Camp u jsib club ieħor.
Xavi sostna li Pique sar aktar konċentrat fuq in-negozju personali tiegħu milli fl-impenn massimu għall-club.
Barra minn hekk, huwa akkuża lil Pique għal imġieba xejn professjonali fil-ħajja privata bil-konsegwenza li l-mara tiegħu sseparat minn miegħu.
Iżda l-kuntratt ta’ Pique jintemm f’Ġunju 2024 u għaldaqstant mhux se jitlaq mill-club.
Aktar minn hekk, huwa għandu jieħu €35 miljun mill-club bħala arretrati ta’ żmien il-pandemija Covid-19 … fejn l-istess Pique ħafer ukoll bosta miljuni hekk kif il-club bħalissa għaddej minn problemi kbar finanzjarji.