Barcelona u Bayern Munich qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-goalkeeper internazzjonali Portugiż Diogo Costa. Bħalissa dan il-goalkeeper ta’ 25 sena jilgħab ma’ Porto fejn qed ikun regolari u diġa’ akkumula 104 dehriet.
Costa qed jinteressa ħafna lil Barcelona li qed jaraw kif jistgħu itejbu l-għażliet tagħhom wara li Marc Andre Ter Stegen jinsab imweġġa’ u temporanjament hemm Wojciech Szczesny li ħadlu postu.