Wednesday, December 25, 2024

Battalja Intensiva bejn il-Klassijiet fir-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

Filwaqt li t-temp ikraħ li sabu fl-ewwel lejl jista jitqies bħala tellieqa differenti, l-ekwipaġġi qed jinnegozjaw il-varjazzjonijiet miserabbli tar-riħ prevalenti, u battalji bejn il-klassijiet differenti qed jiżviluppaw b’ feroċità intensiva.  

Fuq quddiem, żewġ jottijiet ta’ 100 pied qed jissieltu għall-Line Honours.  B’200 mil nawtiku fadal sal-linja finali,  jista’ jkun li jkun hemm sorpriza fl-aħħar parti ta’ din il-battalja. Fost id-dgħajjes iżgħar, it-tellieqa qeda tiffavorixxi tattiċi iktar milli daqs tad-dgħajsa.  Ir- Riħ ħafif ddomina l-aħħar siegħat. Dawk id-dgħajjes li għadhom ma darux madwar Stromboli li jinsabu fi kwalunkwe tip ta’ riħ.

Il-jott ta’ Huang-Seng Lee Scallywag 100 minn Hong Kong kien fuq quddiem fil-passaġġ l-aktar lejn il-punent, b’Black Jack biss 15-il minuta wara. Il-parteċipazzjoni Amerikana tal-jott ta’88 pied ta’ Bryon Ehrhart, Lucky, għaddiet 90 minuta wara biss ftit qabel il-Maxi72 Balthasar. Minn dakinhar ‘il quddiem il-progress kompla jsir b’Black Jack u Scallywag fuq quddiem.

L-aktar prestazzjoni impressjonanti s’issa hija dik ta’ Calypso f’IRC 5. Mhux biss il-jott Farr 30 immexxi minn Seb Ripard u Dan Calascione qiegħed xi 85nm quddiem il-jottijiet fil-klassi tagħha (li għadha biss qed tilħaq Stromboli), iżda l-izgħar jott fil-flotta hija f’nofs triq bejn Alicudi u Ustica. Viċin tagħha jinsabu – fil-klassi IRC 4  – jott ieħor Malti – Elusive 2 tal-aħwa Podesta u Yagiza. Huma jinsabu vicin ukoll tal-jottijiet tal-klassi IRC 3, BeWild ta’ Renzo Grottesi, Otra Vez ta’ Aaron Gatt Floridia u Goose ta’ Alex Laing.

Sa issa 33 dgħajjes irtiraw, bl-ekwipaġġi kollha siguri, u b’80 dgħajsa għadhom qed jikkompetu, inkluż l-uniku multihull, Picomole ta’ Aldo Fumagalli

Ekonomija

Sport