Ryan Pisani hu ċ-champion ta’ Malta tal-Blackball għas-sena 2026 wara li fil-finali li ntlagħbet fil-Juventus Club Vero Amore hu għeleb lil Chaylon Castaldi 10-5.
Din kienet l-ewwel darba li Pisani rebaħ dan il-kampjonat li kien wieħed ferm missielet mill-plejers kollha li ħadu sehem.
Pisani beda b’saħħtu ferm fl-ewwel parti tal-logħba tant li kien 5-1 minn fuq. Minkejja kollox, Castaldi naqqas il-marġni tal-iskor għalkemm ftit seta’ jagħmel kontra l-forma kbira tal-avversarju tiegħu.
Fi tmiem il-konfront, il-membru Lino Lauro ippreżenta t-trofew lil Ryan Pisani li kien ferm kuntent b’dan l-ewwel suċċess li kiseb.




