Wednesday, September 16, 2026
Home Internazzjonali “L-istat ta’ Unjoni hi aktar b’saħħitha minn qatt qabel”

“L-istat ta’ Unjoni hi aktar b’saħħitha minn qatt qabel”

- Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea

0
65

“L-istat ta’ Unjoni hi aktar b’saħħitha minn qatt qabel.” Hekk iddikjarat Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea waqt li kienet qiegħda tindirizza l-Parlament Ewropew f’diskors tant mistenni msejjaħ bħala – L-Istat tal-Unjoni.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li wieħed jista’ jara Ewropa aktar b’saħħitha u indipendenti, li tħares il-il-prosperità tagħha, tinqata’ mid-dipendenza tal-fjuwils tossiċi Russi. 

“L-Ewropa li kapaċi tiddefendi ruħha aħjar minn qatt qabel…” filwaqt li fakkret li l-Unjoni Ewropea żiedet in-nefqa fuq id-difiża bi kważi 80% f’dawn l-aħħar ħames snin.

“Din hija Ewropa li verament qed tiddefendi lilha nnifsha… Nimxu spalla ma’ spalla mal-Ukreni,” iddikjarat Ursula von der Leyen.

Kompliet tgħid li l-Ewropa qiegħda hemm għall-Ewropej. “Din hija l-Ewropa li aħna tassew nistgħu nkunu kburin dwarha… It-triq tagħna hija ċara li nibnu Ewropa indipendenti, li għandha s-setgħa li tieħu azzjoni. Xejn m’għandu jwarrabna minn din it-triqu dan għaliex f’din id-dinja, id-destin tal-Ewropa għandu jibqa’ f’idejn l-Ewropej,” kompliet tgħid Von der Leyen.

Ekonomija

Fid-diskors tagħha, il-President tal-Kummissjoni Ewropea għamlet referenza wkoll dwar l-ekonomija fejn saħqet li l-Ewropa rnexxielha tirreżisti l-impatt tal-gwerra fil-Lvant Nofsani u l-qgħad issa laħaq livelli aktar baxxi. “Però l-pressjoni mill-prezzijiet għolja tal-enerġija u s-self impattaw iċ-ċittadini u n-negozji. Irridu nagħmlu għażliet fiskali ċari… Li hu żgur li l-ekonomija Ewropea hija prijorità ewlenija tgaħna,” saħqet il-President tal-Kummissjoni Ewropea waqt li kienet qiegħda tindirizza l-Parlament Ewropew.

Elettriku

Irreferiet ukoll għal elettriku fejn saħqet li rridu noħolqu elettrifikazzjoni fl-Ewropa. “Irridu niżguraw li l-elettriku li niġġeneraw ikun disponibbli… Irridu ninvestu b’ħeffa… Ejja nagħmlu l-futur Ewropew wieħed b’saħħtu fl-elettriku,” kompliet tgħid  Ursula von der Leyen.

B’referenza għall-prezzijiet tal-enerġija, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li nistgħu nnaqsu l-prezzijiet tal-enerġija… Ninnovaw aktar u nagħmlu riformi fl-ekonomija.

Iċ-Ċina u l-Unjoni Ewropea

Ħabbret li l-Unjoni Ewropea qiegħda fi djalogu maċ-Ċina biex nibbilanċjaw il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat. “Dan id-djalogu issa jrid jagħti l-frott. Huwa fl-interess tal-Ewropa u ċ-Ċina li naħdmu flimkien biex insibu s-soluzzjonijiet.

“Se noħolqu Korporazzjoni Ewropea ġdida dwar il-materja prima kritika. Din se tkun ta’ għajnuna kbira biex niksbu u naħżnu dak li neħtieġu għal karozzi elettriċi, iċ-ċipep, batteriji, teknoloġija nadifa, id-difiża u ħafna aktar,” kompliet tispjega von der Leyen.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here