L-attakkant internazzjonali Malti, Ilyas Chouaref, reġa’ niżżel ismu fost l-iskorers ta’ FC Sion fir-rebħa fuq Grasshoppers bl-iskor kbir ta’ 5-2 meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom fil-kampjonat Svizzeru.
Chouaref fetaħ l-iskor fit-12-il minuta u wara dan Sion baqgħu sejrin biex kisbu rebħa kbira li biha issa telgħu fit-tieni post tas-Super League tal-Isvizzera.
Il-goals l-oħra ġew minn Rilind Nivokazi (63, 69), Fode Sylla (82) u Josias Kukembila (90). Għal Grasshoppers skorjaw Samuel Knasniqi (42 pen) u Giotto Morandi (49).
Il-leaders huma Lugano li għandhom 18-il punt u logħba nieqsa, Sion 18, Young Boys 16 u Basel 13.
Dan huwa sinjal tajjeb li Chouaref qed isib ix-xibka għat-team tiegħu meta l-ġimgħa d-dieħla Malta se tilgħab żewġ logħbiet internazzjonali kontra, dik kontra tal-UEFA Nations League kontra Andorra u l-partita ta’ ħbiberija kontra Liechtenstein, fl-24 u fis-27 ta’ dan ix-xahar rispettivament




