Wednesday, September 16, 2026
Home Internazzjonali Tifla ta’ sentejn tifga fl-ikel

Tifla ta’ sentejn tifga fl-ikel

0
72

Tifla ta’ sentejn tilfet ħajjitha traġikament waqt li kienet qiegħda tiekol zalzetta. Il-każ seħħ f’Hertfordshire fir-Renju Unit.

Skont l-awtoritajiet, it-tifla kienet qiegħda f’ċentru fejn jinżammu t-tfal matul il-ġurnata u magħha kien hemm 25 tifel u tifla oħra.

L-għalliema li kienu mat-tfal ċemplu mill-ewwel għall-ambulanza fejn ħadu lit-tifla l-isptar. Iżda minkejja kull tentattiv biex issalva, wara jumejn ġiet iċertifikata mejta.

Issa se jkunu qegħdin jinfetħu proċeduri kriminali fuq id-diretturi taċ-ċentru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here