Ħafna segwaċi ta’ Bayern Munich jinsabu qalbhom maqtugħa li dan l-istaġun se jirbħu xi unur prestiġġjuż aktar u aktar wara l-aħħar riżultati negattivi li qed iġib it-tim.
Skont statistika li ħareġ ġurnal Ġermaniż, l-aħħar darba li t-tim mill-Bavarja naqas milli jirbaħ xi unur kien 12-il sena ilu meta t-tim kien immexxi minn Jupp Heynckes. Fil-fatt huma kienu tilfu l-kampjonat u t-tazza Ġermaniża għas-spejjeż ta’ Borussia Dortmund filwaqt li ġew megħluba wkoll fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea.
Sadanittant qed tkompli tintensifika t-tfittxija għall-kowċ il-ġdid wara Thomas Tuchel li se jieqaf minn din il-kariga fl-aħħar ta’ Mejju.