Diversi gazzetti Ġermaniżi qed jgħidu li Bayern Munich qed ifittxu s-suċċessur tal-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane. Hu għad fadallu tliet snin kuntratt fil-Bavarja u minkejja li għad għandu 30 sena, id-direttur sportiv Max Eberl qal li jrid attakkant iktar żagħżugħ biex jibda jitrawwem sew.
Kane ingħaqad ma’ Bayern Munich fis-sena 2023 fejn skorja 47 gowl f’41 partita milgħuba.