Friday, July 17, 2026
Home Sport Bayern Munich iridu lil Jamie Gittens

Bayern Munich iridu lil Jamie Gittens

0
104

Bayern Munich qed jittamaw li f’Jannar li ġej iġibu lejn l-Allianz Arena lill-winger żagħżugħ Ingliż Jamie Gittens. Dan tal-aħħar jilgħab ma’ Borussia Dortmund u għandu kuntratt sa Ġunju 2028.

Diversi klabbs mill-Premier League Ingliż ukoll jinsabu interessati fih.

Gittens għandu 20 sena u ilu ma’ Borussia Dortmund sa mis-sena 2022 fejn skorja disa’ gowls f’60 partita. Hu wkoll parti mit-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena.